L-istrateġija fiha impenji u azzjonijiet speċifiċi li għandhom jitwettqu sal-2030.
Stabbiliment ta’ network akbar fl-UE kollha ta’ żoni protetti fuq l-art u fil-baħar
L-UE se tkabbar iż-żoni eżistenti ta’ Natura 2000, bi protezzjoni stretta għal żoni ta’ bijodiversità u ta’ valur klimatiku għoli ħafna.
Tnedija ta’ pjan tal-UE għar-restawr tan-natura
Permezz ta’ impenji u azzjonijiet konkreti, l-UE għandha l-għan li tirrestawra l-ekosistemi degradati sal-2030 u li timmaniġġjahom b’mod sostenibbli, filwaqt li tindirizza l-ixprunaturi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità.
Bħala parti minn dan il-pjan, il-Kummissjoni se tipproponi miri vinkolanti għar-restawr tan-natura sa tmiem l-2021.
Introduzzjoni ta’ miżuri li jippermettu l-bidla trasformattiva meħtieġa
L-istrateġija tenfasizza l-ftuħ ta’ finanzjament għall-bijodiversità, u t-tnedija ta’ qafas ta’ governanza ġdid u msaħħaħ biex
- tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar u jiġi segwit il-progress
- jitjiebu l-għarfien, il-finanzjament u l-investimenti
- jintwera aktar rispett lin-natura fit-teħid tad-deċiżjonijiet pubbliċi u kummerċjali
Introduzzjoni ta’ miżuri biex tiġi indirizzata l-isfida tal-bijodiversità globali
Dawn il-miżuri se juru li l-UE hija lesta li tmexxi bl-eżempju biex tindirizza l-kriżi globali tal-bijodiversità. B’mod partikolari, se titwettaq ħidma lejn l-adozzjoni b’suċċess ta’ qafas globali ambizzjuż tal-bijodiversità skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.