Skip to main content
Environment

Strateġija dwar is-sustanzi kimiċi

L-istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà lejn ambjent ħieles mit-tossiċità

Objettivi

L-istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għandha l-għan li

  • tipproteġi aħjar liċ-ċittadini u l-ambjent
  • tagħti spinta lill-innovazzjoni għal sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli

Azzjonijiet

  • tipprojbixxi l-aktar sustanzi kimiċi ta’ ħsara fil-prodotti għall-konsumatur - filwaqt li tippermetti l-użu tagħhom biss fejn dan ikun essenzjali
  • tqis l-effett tat-taħlita ta’ sustanzi kimiċi meta jiġu vvalutati r-riskji mis-sustanzi kimiċi
  • tneħħi gradwalment l-użu ta’ sustanzi per- u polifluworoalkiliċi (PFAS) fl-UE, sakemm l-użu tagħhom ma jkunx essenzjali
  • issaħħaħ l-investiment u l-kapaċità innovattiva għall-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi kimiċi li huma sikuri u sostenibbli skont id-disinn, u matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom
  • tippromwovi r-reżiljenza tal-UE tal-provvista u s-sostenibbiltà ta’ sustanzi kimiċi kritiċi
  • tistabilixxi proċess aktar sempliċi ta’ “sustanza waħda valutazzjoni waħda” għall-valutazzjoni tar-riskju u tal-periklu tas-sustanzi kimiċi
  • li jkollha rwol ewlieni globalment billi tippromwovi standards għoljin u ma tesportax sustanzi kimiċi pprojbiti fl-UE

Implimentazzjoni

Tgħallem aktar dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija.

 

Skeda ta’ żmien

Azzjonijiet preċedenti u futuri

  1. 25 April 2022
    Commission publishes REACH Restrictions Roadmap
  2. 20 ta’ Jannar 2022
    Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni ta’ REACH - li issa hija disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE
  3. 9 ta’ Awwissu 2021
    Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tas-CLP
  4. 14 ta’ Ottubru 2020
    Pubblikazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi
  5. 9 ta’ Mejju 2020
    Pubblikazzjoni tal-pjan direzzjonali rigward l-istrateġija dwar is-sustanzi

    Għal aktar informazzjoni dwar il-pjan direzzjonali u l-feedback, idħol hawnhekk. 

  6. 11 ta’ Diċembru 2019
    Pubblikazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

Oqsma ta’ politika

 

Sustanzi Kimiċi: Azzjoni tal-UE biex tiżgura li s-sustanzi kimiċi jkunu sikuri, għas-saħħa u għall-ambjent.

Ekonomija Ċirkolari: Azzjoni tal-UE biex tiżgura li s-sustanzi kimiċi jkunu sikuri, għas-saħħa u għall-ambjent.