
L-istrateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 tistabbilixxi qafas u miżuri konkreti għall-protezzjoni u r-restawr tal-ħamrija, u tiżgura li dawn jintużaw b’mod sostenibbli. Din tistabbilixxi viżjoni u objettivi biex tinkiseb ħamrija b’saħħitha sal-2050, b’azzjonijiet konkreti sal-2030. Hija tħabbar ukoll Liġi ġdida dwar is-Saħħa tal-Ħamrija sal-2023 biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u tas-saħħa.
L-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 hija riżultat ewlieni tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030. Din se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Ħamrija b’saħħitha hija essenzjali biex tinkiseb in-newtralità klimatika, ekonomija nadifa u ċirkolari u biex jtitwaqqfu d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. Huma essenzjali wkoll biex ireġġgħu lura t-telf tal-bijodiversità, jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa u jissalvagwardjaw is-saħħa tal-bniedem.