
Il-plastiks huma materjal importanti fl-ekonomija u fil-ħajja ta’ kuljum tagħna. Madankollu, jista’ jkollhom effetti negattivi serji fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
L-UE adottat strateġija Ewropea għall-plastik f’Jannar 2018. Din hija parti mill-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar l-ekonomija ċirkolari, u tibni fuq miżuri eżistenti biex jitnaqqas l-iskart tal-plastik.
L-istrateġija dwar il-plastik hija element ewlieni tat-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-karbonju. Din se tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-2030, l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-objettivi tal-politika industrijali tal-UE.