Skip to main content
Environment

Pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero

Lejn tniġġis żero għall-arja, għall-ilma u għall-ħamrija.

Għanijiet

Il-viżjoni ta’ tniġġis żero għall-2050 hija li t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali, li jirrispettaw il-konfini li l-pjaneta tagħna tista’ tlaħħaq magħhom, u b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi.

Dan jissarraf f’miri ewlenin għall-2030 biex jitħaffef it-tnaqqis tat-tniġġis mis-sors. Dawn il-miri jinkludu:

  • it-titjib tal-kwalità tal-arja b’55% biex jitnaqqas l-għadd ta’ mwiet prematuri kkawżati mit-tniġġis tal-arja;
  • it-titjib tal-kwalità tal-ilma billi jitnaqqas l-iskart, iż-żibel tal-plastik fil-baħar (b'50%) u l-mikroplastiċi rilaxxati fl-ambjent (bi 30%);
  • it-titjib tal-kwalità tal-ħamrija billi jitnaqqas it-telf tan-nutrijenti u l-użu tal-pestiċidi kimiċi b’50%;
  • it-tnaqqis b’25% tal-ekosistemi tal-UE fejn it-tniġġis tal-arja jhedded il-bijodiversità;
  • it-tnaqqis bi 30% fil-faxxa tan-nies li jsofru minn mard kroniku minħabba l-istorbju tat-trasport, u 
  • it-tnaqqis sinifikanti tal-ġenerazzjoni tal-iskart u l-iskart residwu muniċipali b’50%.

Il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li jsaħħaħ it-tmexxija ekoloġika, diġitali u ekonomika tal-UE, filwaqt li joħloq Ewropa u pjaneta aktar b’saħħithom u soċjalment aktar ġusti. Dan jipprovdi boxxla biex il-prevenzjoni tat-tniġġis tiġi integrata fil-politiki rilevanti kollha tal-UE, biex tiżdied l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u biex jiġu identifikati lakuni possibbli.

    Azzjonijiet

    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar azzjonijiet ewlenin dwar it-tniġġis żero.

    Kronoloġija

    Azzjonijiet preċedenti u futuri ta’ tniġġis żero

    1. 16 ta’ Diċembru 2021
      L-ewwel laqgħa tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero
    2. 3 ta’ Novembru 2021
      Skadenza għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess
    3. 7 ta’ Ottubru 2021
      Tnedija tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati b'rabta mat-Tniġġis Żero

      Ara s-sejħa

    4. 4 ta’ Ġunju 2021
      Tnedija tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b'rabta mat-Tniġġis Żero
    5. 31 ta' Marzu - 4 ta’ Ġunju 2021
      Il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE tal-2021 dwar it-tema ta’ tniġġis żero
    6. 12 ta’ Mejju 2021
      L-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero
    7. 10 ta’ Frar 2021
      Workshop tal-partijiet ikkonċernati dwar il-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero
    8. 11 ta’ Novembru 2020
      Tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero
    9. 14 ta’ Ottubru 2020
      Preżentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi
    10. 1 ta’ Ottubru 2020
      Preżentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero
    11. 11 ta’ Diċembru 2019
      Preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

    Oqsma ta' politika

    • Arja: Azzjoni tal-UE għat-titjib tal-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja
    • Sustanzi kimiċi: Azzjoni tal-UE biex tiżgura li s-sustanzi kimiċi huma sikuri, għas-saħħa u għall-ambjent.
    • Ekonomija ċirkolari: It-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ċirkolari b’enfasi fuq it-tkabbir ekoloġiku.
    • Emissjonijiet industrijali: Azzjoni tal-UE biex l-industrija ssir aktar sostenibbli u jitnaqqsu l-emissjonijiet industrijali.
    • Ambjent kostali u tal-baħar: Azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-kosti, l-ibħra u l-oċeani tal-Ewropa.
    • Natura u bijodiversità: Azzjoni tal-UE dwar il-konservazzjoni u l-protezzjoni ambjentali.
    • Storbju: Azzjoni tal-UE biex jitnaqqas it-tniġġis akustiku ambjentali.
    • Plastik : Azzjoni tal-UE dwar il-produzzjoni u t-tniġġis tal-plastik biex tikkontribwixxi għal ekonomija ċirkolari.
    • Ħamrija u art: Azzjoni tal-UE għall-użu sostenibbli tal-ħamrija u l-art.
    • Ilma: Azzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet tal-ilma, biex jiġu protetti r-riżorsi tal-ilma.

    News